Il-forzi Russi rtiraw kompletament mill-kapitali Ukrena Kyiv u Cherniv, madanakollu huwa mistenni li jintensifikaw l-attakki Russi fil-Lvant tal-Ukrajna fosthom fir-reġjuni ta’ Kharkiv, Luhansk u Donetsk.
Id-Deputat Prim Ministru Ukren ħeġġeġ lir-residenti ta’ dawk ir-reġjuni sabiex jevakwaw u jsibu refuġju f’żoni aktar siguri.
Intant, l-Amerika imponiet aktar sanzjonijiet fuq ir-Russja. Il-President Amerikan qal li dawn il-miżuri se jitfgħu pressjoni ekonomika fuq Putin.
Madanakollu, l-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li l-pakkett ta’ sanzjonijiet ġodda tal-pajjiżi fil-Punent fuq ir-Russja mhumiex biżżejjed, u ddiskrevihom bħala insuffiċjenti.
Fil-fatt, f’indirizz li għamel permezz ta’ video, Zelensky appella biex il-Punent jibbojkottja l-użu taż-żejt mir-Russja. Qal li n-nuqqas ta’ qbil dwar dan qed jiswa ħajjet l-Ukreni.