Il-President Ukren Volodymyr Zelensky wasal fil-Ġappun għal iktar taħditiet mal-mexxejja fil-laqgħa annwali tal-G7, li qed issir f’Hiroshima.
Dan wara li l-Istati Uniti approvat li l-alleati tagħha jagħtu lill-Ukrajna ajruplani tal-ġlied inkluż l-F-16.
Id-deċiżjoni tħabbret waqt din il-laqgħa stess li fuqnett tal-aġenda tagħha kien hemm l-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Filmati minn stazzjonijiet televiżivi Ġappuniżi wrew lill-President Zelensky jinżel mill-ajruplan tal-gvern Franċiż fl-ajruport ta’ Hiroshima.