Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky jgħid li jinsab fi triqtu lejn Washington, fejn illum se jiltaqa’ mal-President Amerikan Joe Biden.
Dan huwa l-ewwel vjaġġ tiegħu barra mill-Ukrajna minn meta r-Russja invadiet fi Frar, għalkemm ospita regolarment mexxejja barranin fil-kapitali, Kyiv, u żar truppi madwar l-Ukrajna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-White House ikkonfermat il-vjaġġ ukoll, u qalet li se tipprovdi lill-Ukrajna b’għodda li se żżid b’mod sinifikanti id-difiża tal-ajru tal-pajjiż.
Zelensky mistenni jindirizza il-Kungress u jorganizza numru ta’ laqgħat.