Waqt messaġġ tard is-Sibt filgħaxija, il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li l-aggressjoni tar-Russja mhix biss immirata lejn l-Ukrajna, iżda l-Ewropa kollha.
Għalhekk, huwa reġa appella biex il-Punent iwaqqaf l-importazzjoni tal-enerġija mir-Russja u sabiex iforni lill-Ukrajna b’aktar armi.
Zelensky qal li l-Ukrajna hija lesta biex tiġġieled battalja iebsa, filwaqt li fl-indirizz tiegħu tenna wkoll li qed ifittxu modi diplomatiċi sabiex tintemm din il-gwerra.
Intant, wieħed min-negozjaturi Ukreni qal illi l-President Zelensky u l-President Russu Vladimir Putin mhux se jiltaqgħu qabel ma r-Russja tkun megħluba fil-Lvant tal-pajjiż, fejn fl-aħħar jiem intensifika l-ġlied.