Dalgħodu l-President Ukren Volodymyr Zelensky sejjaħ għal taħditiet sinifikanti dwar il-paċi u s-sigurtà mingħajr aktar dewmien mar-Russi.
Zelensky, f’messaġġ irrekordjat, tenna wkoll li dan huwa l-uniku mod li bih ir-Russaj tpatti għall-ħsara u l-iżball li għamlet meta nvadiet lill-Ukrajna.
Huwa appella li issa wasal iż-żmien li jitkellmu biex issir ġustizzja għall-Ukrajna. Saħaq, li jekk dan ma jsirx, it-telf li ġġarrab ir-Russja ddum ġenerazzjonijiet biex tirkuprah.
Dan il-messaġġ ġie mxandar fi sbieħ it-tlieta u għoxrin jum mindu r-Russja invadiet l-Ukrajna.