Żekkin u Sophie, l-uffiċjali tad-Dwana fuq erba’ saqajn, interċettaw €24,347 f’żewġ każijiet separati.
Fil-mitjar Malti, Żekkin irnexxielu jxomm €13,487 fi flus mhux dikjarati minn fuq passiġġiera Kolumbjana.
Hi naqset milli tiddikjara dawn il-flejjes qabel qabdet titjira ‘l barra mill-pajjiż.
Dan filwaqt li Sophie, hi u xxammem basket ta’ passiġġiera Marokkina, interċettat €10,860.
Iż-żewġ passiġġieri konċernati ħallsu l-multi rispettivi tagħhom.
Fi stqarrija, id-Dwana spjegat kull ammont ta’ flus li jiżboq €10,000 għandhom jiġu dikjarati.
Jekk il-flus ma jkunux dikjarati u l-ammont ikun sa €30,000, il-persuna tista’ tagħżel li tidħol fi ftehim ta’ darba mad-Dwana minflok titressaq il-Qorti.
Iżda jekk l-ammont li jkun qed jinġarr hu iktar minn €30,000, il-persuna titressaq il-Qorti.
Minkejja dan, kull ammont ta’ flus anke inqas minn €10,000, dikjarat u mhux, jistgħu jinżammu fid-Depożitarju jekk ikun hemm indikazzjoni li l-flus huma relatati ma’ attività kriminali.
Ritratt mix-xellug għal-lemin: Sophie u Żekkin