Maltija li kienet sejra Dubai nqabdet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’€15,030 fi flus kontanti li ma kinux iddikjarati.
Kien il-kelb tad-Dwana Zekkin li wassal għal din il-qabda.
Fi stqarrija ntqal kif meta mistoqsija kemm qed iġġorr flus fuqha mill-Uffiċjali tad-Dwana, il-mara qalet li kellha €10,000, iżda minn tfittxijiet illi saru fil-bagalja tagħha instabu €5,000 oħra.
Għal dan il-każ intlaħaq ftehim barra ‘l Qorti, filwaqt li l-mara ngħatat multa.