Mara ta’ 34 sena miż-Żejtun weġgħet gravi wara li ttajret minn karozza fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.00 ta’ filgħaxija fi Triq Għar Dalam.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm il-vittma u Toyota Auris li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 23 sena miż-Żejtun ukoll.
Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħdet l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.