Ġuvni ta’ 17-il sena miż-Żejtun weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-tmienja u kwart, fi Triq San Girgor, Żejtun.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 24 sena minn Bormla, kien qiegħed isuq karozza tal-għamla BMW u għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat ma’ propjetà kif ukoll f’karozza tal-għamla Toyota li kienet ipparkjata.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew liż-Żejtuni, li kien passiġġier fil-BMW, minħabba li ma setax joħroġ mill-imsemmija karozza.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lill-passiġġier u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.