Fl-aħħar jiem issoktaw l-investigazzjonijiet b’rabta mal-qabda ta’ 146 kilogramma droga,
allegatament kokaina, li ddaħħlet f’pajjiżna mill-Port Ħieles.
L-investigazzjonijiet intensivi waslu biex ġiet identifikata persuna oħra li allegatament hija involuta f’dan iċ-ċirku ta’ kriminalità organizzata f’pajjiżna, fejn ġie arrestat raġel ta’ 31 sena residenti ż-Żejtun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’rabta ma’ dan l-arrest il-pulizija ssekwestrat ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti, karozzi lussużi u ġojjellerija.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti illum, u jkun akkużat bi traffikar tad-droga, ħasil ta’ flus u kriminalità organizzata, fost oħrajn.