Bħala inizjattiva biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider għax-xahar iddedikat proprju għalhekk, Transport Malta ddeċidew li jiżbgħu ż-zebra crossing roża fil-lokalità tal-Imsida. Il-kulur li għandu sinifikat importanti tul ix-xahar ta’ Ottubru.
Dan bħala turija ta’ appoġġ għal Pink October fejn żgur mhux forsi se sservi bħala kampanja li matulha se jiżdied l-għarfien dwar il-kanċer fis-sider.
Kmieni dalgħodu għadd ta’ sewwieqa ta’ muturi ngħaqdu flimkien għal Pink October Bike Ride, fejn marru għal dawra ta’ 45 minuta bil-fondi miġbura waqt din l-attività jmorru għal kawża ġusta – biex tingħata għajnuna lill-mijiet ta’ persuni li għandhom dan it-tip ta’ kanċer.