Raġel ta’ 60 sena minn Ħaż-Żebbuġ qed isofri minn ġrieħi serji wara li ntlaqat minn karozza.
L-inċident seħħ l-Erbgħa fis-sitta ta’ filgħaxija fi Triq tal-Labour, in-Naxxar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel, għal xi raġuni ntlaqat minn karozza tat-tip Peugeot 206S li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 20 sena mir-Rabat.
Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Fejn aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.