Raġel tilef ħajtu wara li l-vettura li kien qed isuq, ħabtet f’diversi residenzi, fi Triq is-Swieqi, s-Swieqi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu, fejn aktar tard ix-xufier tat-Toyota Vitz, ġie identifikat bħala raġel ta’ 56 sena, residenti f’Ħaż-Żebbuġ.
Ftit ħin wara l-inċident, fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku. Ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei iżda sfortunatament ftit tal-ħin wara huwa kien iċċertifikat mejjet.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.