Żdiedu b’ 4.3% it-turisti li ġew f’pajjiżna fuq cruise fl-2016 meta mqabbel mal-2015. Dan ifisser li t-total tal-passiġġieri li niżlu fi xtutna tul il-vaganza tagħhom permezz ta’ cruise liner kien ta’ 626,082.
L-ikbar żieda kienet fost il-passiġġiera Franċiżi u dawk li ġew mill-Istati Uniti, li żdiedu b’ 17,610 u 15, 131 passiġġier rispettivament.
Il-maġġoranza tal-passiġġieri kienu nisa b’total ta’ 334,369. Il-maġġoranza tat-turisti li ġew pajjiżna fuq cruise kellhom bejn 60 u 79 sena b’total ta’ 221,929 u warajhom kienu dawk ta’ bejn l-40 u 59 sena, b’total ta’ 204,792.