Fl-2015 l-ammont ta’ skart solidu iġġenerat ammonta għal 1.9 miljun tunnellata, jiġifieri 2.4% inqas minn sena qabel.
L-ammont ta’ skart mhux velenuż naqas b’3.1%, u l-iktar tnaqqis notevoli fost dan it-tip ta’ skart kien dak ta’ 4.6% fl-ammont ta’ skart minerali.
Minn naħa l-oħra, l-ammont ta’ skart velenuż żdied b.36.4%, u dan huwa riżultat ta’ vetturi mormija, li ammontaw għal 10,937 tunnellata, u skart kimiku, li ammonta għal 4,463 tunnellata.
It-trattament tal-iskart ra tnaqqis ta’ 1.1% u t-trattment tal-iskart fl-Għallis żdied b’7.3%, l-aktar minħabba żidiet fl-iskart minn djar u residenzi.
L-ammont ta’ skart trattat fil-faċilità tal-Marsa naqas b’437 tunnellata, li huwa tnaqqis ta’ 7.1% fuq is-sena ta’ qabel. Dan kien dovut l-aktar għal inqas skart minn annimali u ikel.
Dawn iċ-ċifri kienu ippublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.