Matul is-sena akkademika 2016/2017 in-numru ta’ studenti li ggradwaw fl-livell terzjarju laħaq l-4,580. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 11.4% meta mqabbel mas-sena akkademika preċedenti. Ċifri tal-NSO juru li 54.7% tal-istudenti li ggradwaw fis-sena 2016/2017 iggradwaw fl-livell ta’ Baċellerat. Filwaqt li 1,300 ggradwaw fl-livell ta’ Masters. Meta mqabbel mas-sena preċedenti kien hemm żieda fin-numru li temmew b’suċċess id-dottorat.
F’kull livell ta’ edukazzjoni terzjarja kien iżjed studenti nisa li ggradwaw milli rġiel.
Il-maġġoranza tal-gradwati kellhom bejn l-20 u l-24 sena, segwit minn dak li għandhom bejn il-25 u d-29 sena.
Matul is-sena akkademika 2016/2017, 78.2% tal-istudenti kienu qed jsegwu kors fuq bażi full-time. Minkejja dan żdied b’15.1% l-ammont ta’ studenti li kienu qed jattendu għal xi kors part-time, li ftit aktar minn 40% minnhom ggradwaw f’livell ta’ Masters.
L-ammont ta’ studenti barranin kien jammonta għal 343 student li huwa ekwivalenti għal 7.5% tal-istudenti kollha li ggradwaw fis-sena 2016/2017. Il-maġġoranza tal-istudenti barranin ma kinux ġejjin minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea.
Il-maġġoranza tal-istudenti li ggradwaw kienu ġejjin mis-settur tal-Business, Administration and Law, segwit mill-Health and Welfare u Arts and Humanities.