F’diskors miżgħud bl-iżbalji, wara li ripetutament attakka lill-Gvern għaliex fi żmien ta’ wara l-pandemija pajjiżna għandu livell ta’ dejn baxx iżjed mill-medja Ewropea li huwa saħansitra inqas minn dak ta’ żmien il-Gvern ta’ Gonzi PN, Bernard Grech spiċċa jgħid li jekk ikun Prim Ministru huwa ser idejjen il-pajjiż.
“Jgħiduli allura Gvern Nazzjonalista mhux se jissellef, fejn ikun hemm bżonn nissellfu ukoll.”
Fil-fatt il-proposta prinċipali ta’ Bernard Grech f’kampanja elettorali ser issarraf f’nofs biljun ewro dejn għal pajjiżna kif kkonferma l-Kap Nazzjonalista stess.
Id-diskors li għamel Bernard Grech kien miżgħud bi żbalji u spiċċa jħawwad anki bil-lokalitajiet.
“Għandna problema all right. Il-problemi tekniċi, il-problemi tekniċi nsolvuhom ukoll. Illum ġewwa Tas-Sliema, grazzi, grazzi minn qalbi ġewwa San Ġiljan. Għandha raġun, għamilna foul hawn, għamilna foul.”
“Daħlitli l-aħbar, ġew ituni biċċa karta fejn qalulna illi l-Prim Ministru ħabbar li se jwaqqaf il-proċess tal-marina f’Marsaxlokk.”
Dwar l-aħbarijiet sbieħ għall-Iskalin li ta l-Prim Ministru stess, Bernard Grech ried jgħid li mn’Alla hawn hu.