Żball fid-data tal-akkuża wassal biex inħeles immigrant li kien akkużat bi traffikar ta’ kannabis fiċ-ċentru miftuħ. Dan għax skont il-qorti ma setax jinstab ħati skont l-akkuża, jew kif ġieli smajna jingħad, guilty as charged.
Filwaqt li f’waħda mill-akkużi ntqal li r-reat twettaq fl-14 ta’ Lulju, fl-oħra ntqal li seħħ fis-16 ta’ Lulju. Mis-smigħ ir-riżultati li l-allegat każ seħħ fl-14 ta’ Lulju. Fid-dawl li l-akkużat ma jifhimx bil-Malti u l-każ kien qed isir bl-Ingliż il-qorti qalet li l-akkużat kien qiegħed iwieġeb għall-akkuża kif saret bl-Ingliż.
Fi kliem ieħor dik żbaljata. Kien dan li wassal biex is-Somalu Mohammed Hussein Abdi ma nstabx ħati bil-Maġistrat Natasha Galea Sciberras tikkwota sentenzi oħra biex isaħħah id-deċiżjoni tagħha.