Żball oħxon minn ajurplani militari Niġerjan, hekk kif ibbumbardja kamp ta’ refuġjati f’Rann u qatel minn tal-inqas tnejn u ħamsin persuna.
Fost il-mejtin hemm ħaddiema tal-għajnuna, bl-organizzazzjoni Salib l-Aħmar tgħid li sitta mill-impjegati tagħha nqatlu. L-aġenzija Tobba Mingħajr Fruntieri qalet li iktar minn mitejn persuna weġġgħu u appellat għall-għajnuna bl-evakwazzjonijiet.
Il-President Niġerjan, li l-armata tiegħu qed tiġġieled kontra l-militanti tal-Boko Haram, qal li kien ixxukjat b’dan u appella għall-kalma.