Ċentru Olandiż li joffri t-trattament bl-IVF iddikjara li 26 mara jaf kienet fertilizzata bi sperma ta’ raġel ħażin – jiġifieri mhux ir-raġel li riedet hi.
L-Utrecht University Medical Centre qal li kien żball ta’ proċedura dak li seħħ bejn April 2015 u Novembru 2016. Nofs il-koppji li għamlu t-trattamnet huma tqal jew inkella diġà għandhom it-tfal. Dawn ingħataw l-aħbar stramba li waqt il-fertilizazzjoni, ċelloli mill-isperma ta’ koppja minnhom jaf spiċċaw maċ-ċelloli tal-bajd ta’ 26 koppji oħra.
Għalhekk hemm possibiltà li l-bajd kien fertilizzat minn sperma li mhix tal-missier mixtieq.