Tal-Mument iddeċidew: Mart il-Prim Ministru Joseph Muscat, Michelle Muscat, hija d-deputy Chief of Staff tal-Prim Ministru.
L-investigazzjoni ġurnalistika tal-ġurnalist “investigattiv” tal-PN Joe Mikallef jidher li ħadet xhur sħaħ u kkonsulta diversi sorsi biex jikkonfermawlu “l-iscoop tas-sena”.
L-unika sors tal-ġurnalist ta’ Simon Busuttil filfatt jidher li kien rapport li kien żball sempliċi f’rapport tal-organizzaturi ta’ Konferenza tal-Commonwealth fil-Botswana li għaliha kien mistieden il-Prim Ministru flimkien ma’ martu Michelle, anke fid-dawl tal-fatt li l-Presidenza tal-Commonwealth tinsab f’idejn Malta peress li f’Novembru li għadda Malta laqgħet il-mexxejja tal-Commonwealth waqt CHOGM.
Tant kien żball li saħansitra d-deputy Chief of Staff tal-Prim Ministru Mark Farrugia kien qed jakkumpanja lill-Prim Ministru fil-Botswana. B’hekk jidher li l-organizzaturi tħalltu isem Mark Farrugia ma’ dak ta’ Michelle Muscat.
Dan l-iżball spiċċa “skandlu” fuq il-faċċata tal-Mument tal-lum. Mhux eskluż li Simon Busuttil jitlobha tirriżenja.