Ġurnata b’temp mill-isbaħ u Żaren Bonnici mill-Partit tal-Ajkla ddeċieda li jqatta’ l-Ħadd tiegħu Marsaxlokk fejn ta bidu l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni ġenerali bl-ewwel mass meeting tal-partit tal-Ajkla.
Kienu għexieren ta’ persuni li ngħaqdu quddiem Żaren fejn beda l-mass meeting tiegħu bl-Innu tal-Partit tal-Ajkla. Hu kompla billi ta diskors fejn fost oħrajn qal li fl-elezzjoni li jmiss jixtieq joħroġ fuq Għawdex.
L-istil ta’ politika ta’ Żaren tvarja sew minn dik li mdorrijin naraw f’pajjiżna.