Uffiċjali tal-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u s-Sezzjoni tar-Reati Ekonomiċi żammu kelmthom u sabu l-ħin biex jagħtu d-demm f’Jum San Valentinu. Dan minkejja li din il-ġimgħa kienet waħda bieżla ferm għall-korp tal-Pulizija.
F’messaġġ fuq il-paġna soċjali tiegħu l-Korp tal-Pulizija ħeġġeġ uffiċjali oħra tal-Pulizija kif ukoll il-pubbliku biex jagħti d-demm matul dan it-tmiem il-ġimgħa biex ikunu ta’ wens u ta’ għajnuna lil min hu fil-bżonn.