L-eks kanvaser ta’ John Dalli, Silvio Zammit, fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-Avukat Ġenerali u talab biex tinbidel klawżola fil-Kodiċi Kriminali, biex Maġistrat ma jkunx jista’ jiddikkjara magħluqa evidenza tal-prosekuzzjoni meta, wara numri ta’ seduti fil-Qorti, l-Avukat Ġenerali ma jġibx provi miegħu. Zammit qed ikun akkużati li talab li jixxaħħam biex jinfluwenza tindbil f’liġijiet Ewropej dwar it-tabakk fi żmien li John Dalli kien Kummissarju Ewropew għas-Saħħa. Huwa għadu s’issa jwieġeb mhux ħati ta’ dawn l-akkużi.