Għat-tieni xahar konsekuttiv Malta reġgħet kienet il-pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Bil-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka jkunu l-pajjiżi li bħal Malta għandhom rata ta’ qgħad baxxa ħafna. Dan ikkonfermatu statistika tal-Eurostat ppubblikata llum.
Fil-fatt ir-rata ta’ qgħad f’Malta hi dik ta’ 3.9% biss, filwaqt li fir-Repubblika Ċeka hi ta’ 4.1% u l-Ġermanja 4.2%. L-iktar rati ta’ qgħad għoljin kienu osservati fil-Greċja u Spanja. Ir-rata ta’ qgħad medja fl-Unjoni Ewropea hi ta’ 8.6% filwaqt li dik fiż-Żona Ewro hi ta’ 10.1%.