Tfajla ta’ 17-il sena weġgħet gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħxija fi Triq Villabate.
Fuq il-post marru l-Pulizija, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li żagħżugħ ta’ 18-il sena tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u ħabat ma’ karozza oħra, li kienet ipparkjata.
Flimkien maż-żagħżugħ fil-karozza kien hemm ukoll żewġ tfajliet u ġuvni, li kollha għandhom 17-il sena, li jgħixu l-Marsa, Raħal Ġdid u Ħaż-Żabbar rispettivament.
Fuq il-post ukoll mar tim mediku, bi tfajla minnhom ittieħed l-isptar għall-kura.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.