Żagħżugħa ta’ 24 sena weġġgħet gravi f’ħabta bejn mutur u karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, fi Triq il-Puniċi, il-Munxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Yamaha Crypton misjuq minn mara ta’ 24 sena u Nissan Qashqai misjuqa minn raġel ta’ 71 sena. Iż-żewġ sewwieqa huma residenti l-Munxar stess.
Is-sewwieq tal-mutur ingħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.