Illum, għall-ħabta tal-erbgħa neqsien kwart il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta, Naxxar.
Russa ta’ 14-il sena, għal xi raġuni sfat milquta minn vettura tat-tip Nissan Qashqai li kienet qiegħda tinstaq minn mara ta’ 39 sena, residenti l-Mġarr.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-Russa l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Fuq dan il-każ ġiet ordnata inkjesta fejn inħatru diversi esperti sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjinn.