Żagħżugħa ta’ 25 sena mill-Qala ndarbet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Qala.
Il-każ seħħ ktar kmieni llum għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar fi Triq in-Nigret.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qiegħda issuq vettura tal-għamla Kymco Mxu,
tilfet il-kontroll u nqalbet.
Hi ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet ċċertifikata bi
ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.