Żagħżugħa ta’ 21 sena ndarbet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Kirkop.
Il-każ seħħ illum, għal xi t-tmienja u kwart ta’ filgħodu fi Triq L-Ewwel Titjira 1915, f’Ħal Kirkop.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn tliet vetturi; Toyota Vitz misjuqa minn Rumena ta’ 21 sena residenti l-Gżira, Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Ħal Lija u Nissan Micra misjuqa minn mara ta’ 46 sena miż-Żurrieq.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-Rumena l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.