Żagħżugħa Ġermaniża ġiet ikkundannata sitt xhur ħabs sospiżi għal sena wara li wieġbet li hija ħatja li kkaġunat ġrieħi gravi fuq tifel ta’ ftit aktar minn sena meta waqgħelha t-termos u samtitlu idu.
Dan seħħ waqt li kienet f’ċentru għall-ħarsien tat-tfal f’Ħal Qormi.
Fil-Qorti nstema’ li l-akkużata tat verżjoni differenti minn kif kienu qed jirriżultaw l-investigazzjonijiet u mill-verżjoni tal-ġenituri tat-tifel.
Il-Prosekuzzjoni spjegat ukoll li, mill-filmati tas-sigurtà, jidher li n-natura tal-inċident kienet involontarja, filwaqt li d-difiża qalet li dan kien inċident sfortunat.
L-avukat tal-paret civile qal li t-tifel, ta’ sena u xahrejn, għadu qed jingħata l-kura l-isptar u għadhom qed jistennew biex jaraw kif se jirrispondi għat-trattament li qed jingħata.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Maġistrat Monica Vella kkundannat lit-tfajla sitt xhur ħabs sospiżi għal sena.