Żagħżugħa ta’ 21 sena ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fix-Xemxija.
Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12:30 fi Triq il-Mistra fix-Xemxija meta seħħet ħabta bejn vettura misjuqa miż-żagħżugħa u vann misjuq minn raġel ta’ 48 sena minn Birżebbuġa.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet liż-żagħżugħa l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.