Żagħżugħa ta’ 20 mir-Rabat iddaħħlet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involta f’inċident li seħħ l-Erbgħa waranofsinhar għall-ħabta tal-17:10 fi Triq is-Salib tal-Għolja limiti tas-Siġġiewi.
L-inċident seħħ meta għal xi raġuni, żagħżugħa ta’ 19 minn Ħad-Dingli kellha impatt bil-vettura tal-għamla Toyota Vitz ma’ Isuzu misjuq minn raġel ta’ 67 minn Ħad-Dingli wkoll. Fit-Toyota kien hemm ukoll żagħżugħa ta’ 20 mir-Rabat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassisti lill-passiġġiera u aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.