Mara ta’ 19-il sena minn Ħal Lija weġgħet gravi wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2 ta’ wara nofsinhar fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 22 sena mill-Maċedonja li joqgħod Birkirkara u Toyota Tercel misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena. Fil-karozza maż-żagħżugħ kien hemm tfajla ta’ 19-il sena.
Fuq il-post mar tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ttieħdet l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.