Żagħżugħa ta’ 19-il sena qed issofri ġrieħi gravi wara li tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għal ħabta tal-ħdax u għoxrin ta’ filgħodu meta ż-żagħżugħa mis-Siggiewi tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq, tal-għamla Honda CBR125R fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lit-tfajla l-isptar Mater Dei, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.