Żagħżugħa ta’ 13-il sena mill-Imsida qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq Sant’Andrija, is-Swieqi.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ż-żagħżugħa, li hija mill-Bulgarija, intlaqtet minn vettura tat-tip Nissan March li kienet qed tinstaq minn Pollakka ta’ 34 sena mis-Swieqi.
Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.