Żagħżugħa ta 25 sena mill-Veneżwela ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtet minn karozza f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ dalgħodu fi Triq Santu Wistin.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn ivestigazzjonijiet preliminari rriżulta li ż-żagħżugħa, li kienet qed issuq e- scooter, intlaqtet minn karozza tal-għamla Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 39 sena mis-Swieqi.
Tim mediku ta’ l-ewwel għajuna u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.