Marokkin ta’ 22 sena, residenti Birżebbuġa, sofra ġrieħi gravi, minn arma taqta’ u bil-ponta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħaxija, meta ż-żagħżugħ ġie attakkat, qrib il-venda tal-linja, fil-Belt Valletta.
Għall-ħabta tas-7 ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li fiċ-ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, li kien daħal raġel b’xi ġrieħi f’wiċċu u b’daqqa fl-istonku, u minnfuh marret fuq il-post.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn
ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ tagħha rigward il-każ.