Żagħżugħ ta’ 20 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest sakemm tingħatalu s-sentenza wara li ammetta li seraq diversi oġġetti minn ħanut f’Ħal Tarxien.
Iż-żagħżugħ tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit fejn ammetta li fit-tlieta u għoxrin ta’ Marzu li għadda seraq diversi oġġetti minn ħanut.
Jirriżulta li l-valur misruq ilaħħaq l-eluf ta’ ewro.
Il-pulizija spjegat li l-ġuvni kien ġie ddentifikat u ġie arrestat f’daru.
Minn tfittxija li saret fid-dar tal-akkużat instabu l-oġġetti rrappurtati nieqsa.
Il-libertà proviżorja għaż-żagħżugħ ingħatat fuq diversi kundizzjonijiet.