Taljan ta’ 25 sena, li kien qed jitressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ serq, ħarab mill-Qorti iżda nstab ftit wara, wara tfittxija mill-Pulizija.
Giuseppe Condello Borg, residenti l-Imġarr, kien qed jitressaq fuq akkużi ta’ serq mill-Imġarr u l-Mosta fix-xhur bejn Ottubru u Novembru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Maġistrat Noel Bartolo qal li l-Qorti ma setgħetx tippresedi ladarba l-akkużat ma kienx preżenti.
Codonello Borg issa se jiġi akkużat ukoll li ħarab mill-Pulizija.