Il-pulizija Taljana akkużat raġel bi qtil wara li spara u qatel lil missieru waqt li kienu qed jikkaċċjaw għall-ħnieżer selvaġġi.
Il-missier u l-iben Taljani kienu mixjin qalb il-ħaxix viċin il-Belt ta’ Postiglione fil-provinċja tan-Nofsinhar ta’ Salerno, meta r-raġel ta’ 34 sena fetaħ in-nar meta ra dell u ħaxix jiċċaqlaq, u sab li dak li kien spara fuqu ma kien xejn ħlif l-istonku ta’ missieru.
Huwa immedjatement prova jagħti l-ewwel għajnuna lil missieru , iżda tobba ċċertifikaw lil missieru mejjet fuq il-post.
Il-midja lokali qalet li Martino Gaudioso u ibnu kienu qed jikkaċċjaw f’żona fejn il-kaċċa hija pprojbita. Il-pulizija ħadu l-armi li kellhom.