Migrant ta’ sbatax-il sena kellu bżonn għajnuna medika bejn sema u ilma kmieni lbieraħ wara nofsinhar.
Minnufih kif daħal ir-rapport, il-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ tabib tal-FAM, ħarġu bil-ħelikopter sabiex jassistu liż-żagħżugħ.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn flimkien miegħu kien hem ħuh iż-żgħir jakkumpanjah, li hu wkoll taħt l-età.