Samuel Bartolo ta’ 19-il sena, ġuvni ta’ dixxendenza Maltija li joqgħod l-Awstralja tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku f’Sydney.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħodu, meta Bartolo ħabat bil-karozza ma’ trakk f’Berkshire Park.
Il-ġuvni kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali, esprimew id-diqa tagħhom għal din it-telfa u sellmu l-memorja ta’ Samuel Bartolo.