Żagħżugħ ta’ 29 sena, residenti l-Gżira, weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur, meta tilef il-kontroll u waqa’ .
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.