Raġel ta’ 25 sena, residenti l-Fgura, għal xi raġuni waqa’ minn xi għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.
Il-każ ġara għall-ħabta tas-13.00 f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Joanne Gardens f’Ħal Tarxien.
Issejħu l-pulizija fuq il-post kif ukoll ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.