Żagħżugħ ta’ 25 sena mix-Xewkija jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuqu ammont ta’ madum li kien qed jittella’ f’residenza.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Ġuzè Flores, f’Ta’ Kerċem, Għawdex.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post, ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.