Żagħżugħ ta’ 25 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-quad bike li kien qed isuq u nqaleb.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq il-Kav. Lorenzo Zammit Haber, ix-Xewkija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.