Żagħżugħ ta’ 25 sena ndarab serjament wara li waqa’ bi quadbike fiż-Żebbuġ f’Għawdex.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fi Triq is-Sagħtrija, ż-Żebbuġ, Għawdex.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 25 sena min-Naxxar, waqa’ bi quadbike tal-għamla CFMoto li kien qed isuq.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech LL.D li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.