Raġel ta’ 25 sena mill-Imsida qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.
L-inċident seħħ fid-9:00 tat-Tlieta filgħodu fi Triq D’Argens.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet juru li seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma u tliet karozzi: Nissan misjuqa minn Ingliż ta’ 33 sena; Volkswagen Passat misjuqa minn Taljan ta’ 39 sena u Fiat Tipo misjuqa minn Libjan ta’ 49 sena.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.