Tork ta’ 25 sena ġie arrestat wara li lbieraħ filgħaxija allagetament darab żewġ Torok oħra b’arma li taqta u bil-ponta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-argument seħħ ġewwa lukanda fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar, fejn Tork ta’ 38 sena u l-ieħor ta’ 52 sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li sofrew xi ġrieħi.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ